News · Province News

Il-Knisja ta’ San Franġisk il-Ħamrun tħejji biex tiftaħ

Fil-Knisja tagħna tal-Ħamrun bħalissa għaddej xogħol intensiv biex wara li l-Knisja ġiet apporvata li għandha l-kobor neċċessarju, tkun tista’ tiftaħ għall-funerali.

L-apporvazzjoni li l-Knisja ta’ San Franġisk tista’ tiftaħ għall-funerali ġiet kemm minn naħa tal-Kuria tal-Arċisqof kif ukoll tal-Provinċja Franġiskana.

Il-Knisja se tkun tista’ tiftaħ wara l-ġimgħa d-dieħla. Dan qed issir biex ikun hemm ċans biex jinxtara dak kollu li huwa neċessarju u jiġu attwati l-miżuri kollha li nħarġu mid-direttivi tal-Awtoritajiet Ċivili/Saħħa u tal-Knisja biex tintħares is-saħħa ta’ dawk li jkunu preżenti.

Il-Knisja ta’ San Franġisk bħalissa għadejja b’live streaming fuq il-paġna ta’ Facebook (Knisja San Franġisk Hamrun) tal-quddiesa mit-Tnejn sas-Sibt fis-6.30am, l-Erbgħa fil-5.30pm Rużarju u Novena tal-Madonna tas-Sokkors Perpetwu, il-Ġimgħa fil-5.30pm Adorazzjoni u Novena tal-Hniena Divina u l-Ħadd quddiesa speċjali għat-tfal fid-9am.

Nitolbu biex fil-futur qarib il-Knejjes ikunu jistgħu jilqgħu mill-ġdid il-poplu t’Alla.

More news

Recent announcements from the Province.

All news

Scroll to Top