P. Ġwann Micallef matul il-lejl 4 ta’ Marzu, għadda għal ħajja ta’ dejjem fl-Isptar Mater Dei. Il-Funeral sar is-Sibt 5 ta’ Marzu, fid 9am fejn iddaħħal fil-kunvent għall-qima tal-poplu u wara fid-9.30am saret quddiesa praesente cadavere.
PATRI ĠWANN MICALLEF, minn Santa Venera. Twieled fil-11 ta’ Diċembru 1931. Libes it-tonka Franġiskana fit-30 ta’ Settembru 1947. Fit-2 ta’ Ottubru 1948 għamel il-Professjoni Temporanja u fit-28 ta’ Diċembru 1952 għamel il-Professjoni Solenni. Ġie ordnat saċerdot fis-6 ta’ April 1957. Qeda l-ministeru saċerdotali tiegħu għal bosta snin fil-knisja u l-kunvent tal-Ħamrun, bħala sagristan u konfessur imfittex. Għex ukoll fil-kunvent tal-Belt, u kien rettur tal-Knisja tal-Madonna ta’ Liesse. Lura fil-Ħamrun kompla l-ħidma saċerdotali tiegħu ta’ konfessur u kappillan tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb Immakulata ta’ Marija, u xerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tas-Sokkors. F’April 2015 irtira fl-infermerija provinċjali “Domus Pacis Franciscan Retirement Friary” f’Baħar iċ-Ċagħaq, u fl-2020 ġie trasferit għad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara. Miet fl-Isptar Mater Dei. Età 90 sena, reliġjuż 73 sena, saċerdot 64 sena.




