News · Environment

Il-Franġiskani jieħdu sehem fi protesta kontra l-iżvilupp bla rażan.

Nhar it-Tlieta, 18 ta’ Ġunju, numru ta’ Għaqdiet
Mhux Governattivi ngħaqdu mal-Moviment Graffitti u għadd ta’ residenti fi protesta
kontra l-‘ħakma tal-iżviluppaturi’ fil-Gżejjer Maltin. Il-protesta ġiet
organizzata fid-dawl
tal-inċidenti li seħħew riċentement fejn numru ta’ djar ċedew minħabba
xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li kien qed isir biswithom.
Il-protesta
bdiet quddiem l-Isptar San Luqa u mxiet sa quddiem il-kwartieri tal-Malta
Developers Association fi Gwardamangia. F’isem il-Franġiskani ħa sehem Fr Mark
Ciantar OFM. Fi tmiem il-protesta, dawk li ħadu sehem għamlu dawn it-talbiet:

  1. Li
    jieqfu l-ibbulljar u l-arroganza bla qies tal-iżviluppaturi fuq ir-residenti.
  2. Li
    l-Awtoritajiet ma jagħtux iktar permessi bl-addoċċ, anzi jillimitaw in-numru
    ta’ permessi li jinħarġu kull sena.
  3. Li
    l-ħinijiet li fihom isir bini u skavar ikunu aktar ristretti u jkun limitat
    in-numru ta’ toroq li jingħalqu, kif ukoll in-numru ta’ parkeġġi li jittieħdu
    mingħand ir-residenti.
  4. Li
    l-liġi timponi standards diċenti li jħarsu s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti u
    tal-ħaddiema fuq siti tal-kostruzzjoni.
  5. Li
    jsir infurzar bis-serjetà u mingħajr eċċezzjoni tal-liġijiet li jikkontrollaw
    il-kostruzzjoni, sabiex tingħata protezzjoni u dinjità lill-ħaddiema u
    lir-residenti.
  6. Li
    tittieħed responsabbiltà għal dan l-isfreġju li qed isir fil-pajjiż speċjalment
    meta jsiru inċidenti bħal ma diġà seħħew. 

More news

Recent announcements from the Province.

All news

Scroll to Top